L-uffiċċju tal-qari, illum l-Ħadd 9 ta’ Jannar 2022.
Salm 65 (66)
(II)
Nidħol f’darek bil-vittmi maħruqa, * intemm il-wegħdiet li għamiltlek; il-wegħdiet li tennew xufftejja, * u fommi wiegħed fl-hemm tiegħi. Sagrifiċċji ta’ bhejjem imsemmna, † duħħan ifuħ ta’ ħrief maħruqa, * mogħoż u gniedes inħejjilek.
Ejjew, isimgħu, u ngħidilkom, † intom ilkoll li tibżgħu minn Alla, * ngħidilkom x’għamel miegħi. Lilu sejjaħ fommi, * tifħiru kien fuq ilsieni. Kieku żammejt il-ħażen f’qalbi, * ma kienx jismagħni Alla Sidi. Iżda Alla tassew semagħni, * ta widen għat-talba tiegħi.
Imbierek Alla, † li ma warrabx it-talba tiegħi; * ma warrabx minn fuqi t-tjieba tiegħu!
Glorja.
Ant. 3: Imbierek Alla, li qegħedni fost il-ħajjin u ħariġni fil-wisa’.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/