Itlob Permezz tas-Salmi

Issaħħu u qawwu qalbkom

 

Uffiċċju tal-qari, it-Tnejn 26 ta’ Mejju 2025

Salm 30 (31)

(III) 

Kemm hu kbir il-ġid tiegħek, Mulej, *
li inti rfajt għal min jibża’ minnek,
li int ħejjejt għal min jafda fik, *
quddiem il-bnedmin kollha. 

Bil-ħarsien tiegħek tkenninhom *
kontra t-tnassis tal-bnedmin;
fl-għarix tiegħek taħbihom *
kontra t-tqassis tal-ilsna.

Imbierek il-Mulej li minn belt qawwija *
għamel miegħi għeġubijiet ta’ tjieba.
Jien għedt fil-fixla li kelli: *
“Ninsab maqtugħ minn taħt għajnejk!”.
Imma int smajt leħen it-tħannin tiegħi *
meta sejjaħt l-għajnuna tiegħek. 

Ħobbu l-Mulej, ħbieb tiegħu kollha. †
Lit-twajbin iħarishom il-Mulej, *
imma jpattiha sewwa lil min jimxi bil-kburija.
Issaħħu u qawwu qalbkom, *
intom ilkoll li tittamaw fil-Mulej. 

Glorja.

Ant. 3: Imbierek il-Mulej li għamel miegħi għeġubijiet ta’ tjieba, hallelujah.