L-uffiċċju tal-qari, illum il-Ħadd 6 ta’ Frar 2022.
Salm 1
Iż-żewġ triqat tal-bniedem Hienja dawk li niżlu fl-ilma, kollhom tama fis-salib. (Awtur tat-2 seklu)
Hieni l-bniedem li ma jimxix fuq il-pariri tal-ħżiena, † u ma jżommx fi triq il-ħatjin, * anqas ma joqgħod fil-laqgħat taż-żeblieħa; imma l-għaxqa tiegħu fil-liġi tal-Mulej, * u lejl u nhar jaħseb fil-liġi tiegħu.
Hu bħal siġra mħawla ħdejn nixxigħat tal-ilma, * li tagħmel il-frott fi żmienha, u l-weraq tagħha ma jidbielx; * hu jirnexxi f’kulma jagħmel.
Mhux hekk il-ħżiena, mhux hekk; * iżda huma bħal tibna li jtajjarha r-riħ. Għalhekk il-ħżiena ma jifilħux għall-ħaqq, * ma joqogħdux il-ħatja fil-ġemgħat tat-tajbin.
Għax triq it-tajbin il-Mulej jafha, * imma triq il-ħżiena tintemm fix-xejn.
Glorja.
Ant. 1: Is-siġra tal-ħajja dehret fis-salib tal-Mulej.
Ant. 2: Jien għamilt is-Sultan tiegħi fuq Sijon.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/