Tifħir ta’ sbiħ il-jum, illum is-Sibt 12 ta’ Marzu.
Salm 118 (119):145-152
XIX (Kof)
B’qalbi kollha nsejjaħlek: † weġibni, Mulej; * irrid inħares il-kmandamenti tiegħek. Lilek insejjaħ: salvani int; * u nħares il-preċetti tiegħek.
Sa minn qabel is-sebħ nitlob l-għajnuna; * u fi kliemek jien nittama. B’għajnejja miftuħa tul is-sahriet tal-lejl, * jien noqgħod naħseb fuq il-wegħda tiegħek.
Isma’ leħni, Mulej, fit-tjieba tiegħek; * u żommni ħaj skond id-digrieti tiegħek. Qorbu lejja dawk li jfittxu l-ħażen, * dawk li tbiegħdu mil-liġi tiegħek. Imm’inti ħdejja, Mulej; * sewwa huma l-kmandamenti tiegħek. Jien ili naf bil-preċetti tiegħek * li għal dejjem int waqqafthom.
Glorja.
Ant. 1: Lejk, Mulej, indawwar għajnejja sa minn sbiħ il-jum.
Ant. 2: Qawwieti u għanjieti l-Mulej: għalija sar is-salvazzjoni.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/