Tifħir ta’ sbiħ il-jum, illum l-Ġimgħa 18 ta’ Marzu 2022.
Salm 147 (147B)
Ġerusalem tiġġeddedEjja nurik il-Għarusa mart il-Ħaruf. (Apok 21:9)
Sebbaħ, Ġerusalemm, il-Mulej; * faħħar ’l Alla tiegħek, Sijon!
Hu jsaħħaħ l-istaneg ta’ bwiebek, * u jbierek ġewwa fik ’l uliedek. Hu jqiegħed fis-sliem it-trufijiet ta’ artek, * u lilek bl-aħjar qamħ ixebbgħek. Hu jibgħat fuq l-art il-kmand tiegħu, * bil-ħeffa tiġri l-kelma tiegħu.
Jibgħat is-silġ bħas-suf; * ixerred bħar-rmied il-ġlata. Jitfa’ s-silġ bħal frak tal-ħobż; * u jagħqad l-ilma bil-kesħa tiegħu. Isemma’ kelmtu, u jinħall is-silġ; * jonfoħ ir-riħ tiegħu, u jiġri l-ilma!
Hu jxandar kelmtu lil Ġakobb, * il-liġijiet u d-digrieti tiegħu lil Iżrael. Ma għamel hekk ma’ ebda poplu; * lil ħadd ma għarraf id-digrieti tiegħu.
Glorja.
Ant. 3: Glorja lill-Mulej Alla f’Ġerusalemm, il-belt qaddisa tiegħu.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/