Talb ta’ nofs il-jum, illum is-Sibt 19 ta’ Marzu 2022.
Salm 60 (61)
Talba ta’ wieħed itturufnat Talba tal-ġust li jittama l-ħajja ta’ dejjem. (S. Ilarju)
Isma’, o Alla, l-għajta tiegħi, * agħti widen għat-talba tiegħi. Minn truf l-art lilek insejjaħ, * meta nkun qalbi maqtugħa; minn hemm inti mexxini * lejn il-fortizza fuq l-għolja.
Għax int sirt kenn għalija, * torri qawwi quddiem l-għadu. Mhux li kont ngħix f’għamartek għal dejjem, * nistkenn għas-satra ta’ ġwenħajk! Għax int, o Alla, smajt il-wegħda tiegħi, * u tajtni l-wirt ta’ min iqim lil ismek.
Lis-sultan kattarlu ż-żmien ta’ ħajtu; * ikunu snin ħajtu minn nisel għal nisel. Isaltan quddiem Alla għal dejjem. * Agħmel li jħarsuh it-tjieba u l-fedeltà.
Hekk infaħħar ismek għal dejjem, * jien u nrodd kuljum il-wegħdiet tiegħi.
Glorja.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/