Ħa jkun hemm is-sliem

 

L-għasar, illum il-Ġimgħa 25 ta’ Marzu 2022.

Salm 121 (122)

Ġerusalem, il-belt qaddisa
Intom ersaqtu lejn il-muntanja ta’’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, li hi Ġerusalem tas-sema’. (Lhud 12:22) 

Fraħt meta qaluli: *
“Sejrin f’dar il-Mulej!”
Diġa’ qegħdin riġlejna *
fi bwiebek, Ġerusalemm! 

Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *
magħquda ħaġa waħda.
Lejha t-tribujiet jitilgħu, it-tribujiet tal-Mulej, †
biex, skond il-liġi ta’ Iżrael, *
ifaħħru isem il-Mulej.
Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *
it-tronijiet tad-dar ta’ David. 

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *
“Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!
Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *
u l-ġid fil-palazzi tiegħek!”
Minħabba ħuti u ħbiebi, *
ħallini ngħidlek: “Is-sliem għalik!”
Minħabba f’dar il-Mulej, Alla tagħna, *
nixtieq illi jkollok il-ġid. 

Glorja.

Ant. 2: Tibżax, Marija, għax int sibt grazzja quddiem Alla; int se tnissel fil-ġuf u jkollok iben, u jkun jissejjaħ Bin Alla l-Għoli.

Ant. 3: Jiena l-qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni skond kelmtek.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/