L-uffiċċju tal-qari, illum l-Ġimgħa 8 ta’ April 2022.
Salm 34 (35):1-2,3ċ,9-19,22-23,27-28
Int, Mulej Sidi, kemm se ddum tħares? † Eħlisni mill-qerda tagħhom, * eħlisli mill-iljuni ħajti l-għażiża. Niżżik ħajr qalb ġemgħa kbira, * qalb kotra ta’ nies infaħħrek.
Tħallix l-għedewwa qarrieqa jithennew minħabba fija; * anqas ’il dawk li għal xejn b’xejn jobogħduni jegħmżu ’l xulxin kontrija. Inti rajtu dan, Mulej; la tibqax sieket; * Sidi, titbegħidx minni. Stenbaħ u qum biex tagħtini raġun, † biex taqbeż għall-kawża tiegħi, * Alla tiegħi u Sid tiegħi.
Jifirħu u jithennew * dawk li jgħożżu l-ġustizzja tiegħi; u jgħidu dejjem: “Kbir il-Mulej, * li jgħożż is-sliem tal-qaddej tiegħu!”
Imbagħad ixandar ilsieni l-ġustizzja tiegħek, * il-jum kollu t-tifħir tiegħek.
Glorja.
Ant. 3: Il-jum kollu lsieni jxandar il-ġustizzja tiegħek.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/