L-uffiċċju tal-qari, illum is-Sibt 16 ta’ April 2022.
Salm 15 (16)
Il-Mulej is-sehem tal-wirt tiegħi Alla qajjem lil Ġesù billi ħall l-irbit tal-mewt. (Atti 2:24)
Ħarisni, o Alla, * għax fik jien nistkenn.
Jien għedt lill-Mulej: “Int Sidi; * m’għandix ġid ieħor ħliefek.” It-twajbin huma l-kbar f’din l-art; * fihom hi l-għaxqa kollha tiegħi.
L-hemm tagħhom ikattru * dawk li jaħtru allat oħra. Ma nsawwabx bħalhom id-demm b’sagrifiċċju, * anqas isimhom ma nsemmi b’xufftejja.
Mulej, inti s-sehem tal-wirt u r-risq tiegħi, * inti żżomm f’idejk xortija. Il-kejl tani art li tgħaxxaq, * messni sehem tassew għal qalbi. Inbierek lill-Mulej li tani l-fehma; * mqar billejl qalbi tgħallimni. Inżomm il-Mulej dejjem quddiemi, * għax bih f’leminti qatt ma nitħarrek. Hekk tifraħ qalbi u tithenna ruħi, * u ġismi wkoll jistrieħ fil-kwiet.
Għax int ma titlaqnix fl-imwiet, * ma tħallix il-maħbub tiegħek jara l-qabar. Int tgħallimni t-triq tal-ħajja; † hemm il-milja tal-ferħ quddiemek, * hemm l-għaxqa għal dejjem f’lemintek.
Glorja.
Ant. 2: Fil-kwiet immur nistrieħ.
Ant. 3: Infetħu, intom bibien ta’ dejjem, ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/