Talb ta’ nofs il-jum, illum is-Sibt 21 ta’ Mejju 2022.
Salm 33 (34)
(I) Il-Mulej isalva l-ġustiIntom ippruvajtu kemm hu tajjeb il-Mulej. (1 Piet 2:3)
Kull ħin inbierek ’il-Mulej, * tifħiru dejjem fuq fommi. Bil-Mulej tiftaħar ruħi, * jisimgħu l-fqajrin u jifirħu.X andru l-kobor tal-Mulej miegħi; * ħa ngħollu ismu flimkien.
Jien fittixt il-Mulej, u weġibni, * minn kull biża’ tiegħi ħelisni. Ħarsu lejh u jiddi bil-ferħ wiċċkom, * u ma jkollkomx għax tistħu.
Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu, * u mid-dwejjaq tiegħu kollha ħelsu. L-Anġlu tal-Mulej jgħasses madwar dawk li jibżgħu minnu, * u jeħlishom.
Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej; * hieni l-bniedem li jistkenn fih. Ibżgħu mill-Mulej, qaddisin tiegħu; * xejn ma jonqsu min jibża’ minnu. Is-setgħana jiftaqru u jbatu l-ġuħ; * min ifittex lill-Mulej xejn ma jkun jonqsu.
Glorja.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/