Tela’ Alla b’għajat ta’ ferħ

 


L-għasar, illum il-Ħadd 29 ta’ Mejju 2022.

Salm 46 (47)

Il-Mulej sultan tal-ħolqien kollu
Qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. 

Popli kollha, ċapċpu jdejkom, *
għajtu b’leħen ta’ ferħ lil Alla!
Għax il-Mulej, l-Għoli, hu tal-biża’, *
sultan kbir fuq l-art kollha. 

Irażżan il-popli taħtna, *
u l-ġnus iqiegħed taħt riġlejna.
Hu jagħżlilna l-wirt tagħna, *
il-kburija ta’ Ġakobb, il-maħbub tiegħu.
Tela’ Alla b’għajat ta’ ferħ, *
il-Mulej bid-daqq tat-trombi. 

Għannu lil Alla, għannu, *
għannu lis-sultan tagħna, għannu.
Għax Alla s-sultan tal-art kollha: *
għannulu bis-sengħa għanja sabiħa. 

Isaltan Alla fuq il-ġnus kollha, *
joqgħod Alla fuq it-tron imqaddes tiegħu.
Jinġemgħu l-kbarat tal-popli *
mal-poplu ta’ Alla ta’ Abraham.
Għax ta’ Alla huma l-kapijiet tal-art; *
hu fil-għoli ħafna fuq kulħadd. 

Glorja.

Ant. 2: Tela’ Alla b’għajat ta’ ferħ, il-Mulej bid-daqq tat-trombi, hallelujah.

Ant. 3: Issa Bin il-bniedem huwa gglorifikat, u permezz tiegħu huwa gglorifikat Alla, hallelujah.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/