Talba ta’ nofs il-jum, illum l-Erbgħa 1 ta’ Ġunju 2022.
Salm 69 (70)
O Alla, ejja eħlisniSalvana, Mulej; se nintilfu. (Mt 8:25)
O Alla, ejja eħlisni! * Mulej, fittex għinni! Ħa jistħu u jinfixlu * dawk li jfittxu jneħħuli ħajti. Ħa jerġgħu lura mħawda * dawk li jifirħu bid-deni tiegħi.
Ħa jerġgħu lura kollhom mistħija * dawk li jiddieħku bija. Jithennew u jifirħu bik * dawk kollha li jfittxuk; jgħidu dejjem: “Kbir hu Alla,” * dawk li jħobbu s-salvazzjoni tiegħek.
Imma jien, fqajjar u msejken; * o Alla, fittex għinni! Inti l-għajnuna u l-ħelsien tiegħi: * iddumx ma tgħinni, Mulej!
Glorja.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/