Talb ta’ nofs il-jum, illum is-Sibt 18 ta’ Ġunju 2022.
Salm 33 (34)
(II)
Ejjew, uliedi, isimgħu lili: * jiena l-biża’ tal-Mulej ngħallimkom. Min hu l-bniedem li jħobb il-ħajja, * u jixtieq jara għomru kollu risq? Ħares ilsienek mill-ħażen, * u xufftejk minn kliem il-qerq. Tbiegħed mill-ħażen u agħmel it-tajjeb, * fittex is-sliem u imxi warajh.
Għajnejn il-Mulej lejn il-ġusti, * u widnejh miftuħa għall-għajta tagħhom. Il-ħarsa tal-Mulej fuq il-ħżiena, * biex jeqred minn fuq l-art tifkirithom. Jgħajtu l-ġusti għall-għajnuna, † u l-Mulej jismagħhom; * mid-dwejjaq tagħhom kollha jeħlishom.
Qrib il-Mulej lejn dawk b’qalbhom maqsuma, * jgħin lil dawk b’ruħhom mifnija. Kbar huma l-ħsarat tar-raġel sewwa, * iżda minnhom kollha jeħilsu l-Mulej. Iħarislu għadmu kollha, * ebda waħda ma titkissirlu.
Il-ħażin ħżunitu teqirdu; * min jobgħod il-ġust iħallas għall-ħtija. Jifdi l-Mulej il-ħajja tal-qaddejja tiegħu; * kull min jistkenn fih ma jkollux xi jpatti.
Glorja.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/