Talb ta’ nofs il-jum, illum il-Ħamis 23 ta’ Ġunju 2022.
Salm 121 (122)
Ġerusalem, il-belt qaddisa Intom ersaqtu lejn il-muntanja ta’’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, li hi Ġerusalem tas-sema’. (Lhud 12:22)
Fraħt meta qaluli: * “Sejrin f’dar il-Mulej!” Diġà qegħdin riġlejna * fi bwiebek, Ġerusalemm!
Ġerusalemm, mibnija bħal belt, * magħquda ħaġa waħda. Lejha t-tribujiet jitilgħu, it-tribujiet tal-Mulej, † biex, skond il-liġi ta’ Iżrael, * ifaħħru isem il-Mulej. Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, * it-tronijiet tad-dar ta’ David.
Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: * “Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk! Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, * u l-ġid fil-palazzi tiegħek!” Minħabba ħuti u ħbiebi, * ħallini ngħidlek: “Is-sliem għalik!” Minħabba f’dar il-Mulej, Alla tagħna, * nixtieq illi jkollok il-ġid.
Glorja.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/