
is-smewwiet ixandru
L-uffiċċju tal-qari, illum il-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2022.
Salm 18A (19A)
Tifħir il-Mulej fil-ħolqien tiegħu
Alla tagħna mill-għoli ġie jżurna bħax-xemx tiegħla, biex imexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem. (Lq 1:78-79)
Is-smewwiet ixandru l-glorja ta’ Alla, *
għemil idejh tħabbar il-firxa tas-sema.
Jum lill-ieħor jagħti l-aħbar. *
Lejl lill-ieħor iwassal it-tagħrif.
Ma hemmx aħbar u lanqas kliem, *
ma hemmx leħen li ma jinstemax.
Mal-art kollha jasal leħinhom, *
mad-dinja kollha jinxtered kliemhom.
Lix-xemx għamlilha għarix fihom; †
u hi, bħal għarus ħiereġ minn kamartu, *
ferħana bħal ġgant għall-ġirja tagħha,
minn tarf is-smewwiet hi toħroġ, †
sat-truf l-oħra d-dawran tagħha; *
xejn ma jinħeba mis-sħana tagħha.
Glorja.
Ant. 1: Jekk tħobbni, Xmun Pietru, irgħa n-nagħaġ tiegħi.
Ant. 2: Għalija l-ħajja hi Kristu, u l-mewt hi qligħ: jiena għandi niftaħar bis-salib ta’ Sidi Ġesù Kristu.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/