fil-btieħi tat-tempju

 

Tifħir ta’ sbiħ il-jum, illum il-Ġimgħa 1 ta’ Lulju 2022.

Salm 99 (100)

Il-ferħ ta’ min jidħol fit-tempju
Il-Mulej irid li l-mifdijin jgħannu l-għanja tar-rebħa. (S. Atanasju) 

Għajtu bil-ferħ lill-Mulej, *
nies kollha tal-art,
aqdu bil-ferħ lill-Mulej, *
idħlu quddiemu b’għana ferrieħi. 

Kunu afu li Jaħweh hu Alla; †
hu ħalaqna, u aħna tiegħu, *
aħna l-poplu tiegħu u n-nagħaġ tal-mergħa tiegħu. 

Idħlu b’għana ta’ ħajr mill-bibien tiegħu; †
bit-tifħir fil-btieħi tat-tempju tiegħu; *
roddulu ħajr u bierku ismu! 

Għax twajjeb il-Mulej, †
għal dejjem it-tjieba tiegħu; *
minn żmien għal żmien il-fedeltà tiegħu. Glorja.

Ant. 3: Idħlu quddiem il-Mulej b’għana ferrieħi.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/