L-uffiċċju tal-qari, illum l-Erbgħa 20 ta’ Lulju 2022.
Salm 102 (103)
(II)
Ħanin u twajjeb il-Mulej, * idum ma jagħdab u kollu mogħdrija. Ma joqgħodx jitlewwem magħna, * u anqas jinkorla għal dejjem. Ma mexiex magħna skond ma ħaqqhom ħtijietna; * ma ħallasniex skond ma ħaqqha ħżunitna.
Daqskemm huma s-smewwiet ’il fuq mill-art, * hekk hi kbira tjubitu ma’ min jibża’ minnu; daqskemm hu mbiegħed il-lvant mill-punent, * hekk hu jbiegħed minna ħtijietna. Bħalma jħenn il-missier għal uliedu, * hekk iħenn il-Mulej għal min għandu l-biża’ tiegħu.
Għax hu jaf kif aħna magħġuna, * jiftakar li aħna trab. Bħall-ħaxix il-ħajja tal-bniedem; * bħall-fjur tar-raba’, hekk jikber. Tgħaddi ż-żiffa minn fuqu, u jispiċċa, * u ħadd aktar ma jagħraf fejn kien.
Glorja.
Ant. 2: Bħalma jħenn il-missier għal uliedu, hekk iħenn il-Mulej għal min għandu l-biża’ tiegħu.
Ant. 3: Bierku l-Mulej, għemejjel tiegħu kollha.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/