il-mistħija tgħattili wiċċi

 

L-uffiċċju tal-qari, illum il-Ħamis 4 ta’ Awwissu 2022.

Salm 43 (44)

(II)

Imma issa warrabtna u ċekkintna, *
ma għadekx toħroġ mal-eżerċtu tagħna.~Ġegħeltna nduru lura minn quddiem l-għadu; *
dawk li jobogħduna ħatfulna ħwejjiġna.
Tlaqtna bħal nagħaġ għall-qatla, *
u fost il-ġnus xerridtna.

Begħt il-poplu tiegħek għal ħaġa żgħira; *
ma qlajtx wisq mill-bejgħ tiegħu.
Waqqajtna għaż-żebliħ tal-ġirien tagħna, *
għaċ-ċajt u t-tkasbir ta’ dawk ta’ madwarna.
Ġibtna fi lsien il-ġnus, *
u l-popli jħarsu lejna u jħarrku rashom.

L-għajb tiegħi quddiemi l-jum kollu, *
il-mistħija tgħattili wiċċi,
għall-kliem ta’ żebliħ u tkasbir, *
quddiem l-għadu li jitħallas minni.

Glorja.

Ant. 2: Aħfrilna, Mulej, u tħallix lill-għadu jżeblaħ il-poplu ta’ wirtek.

Ant. 3: Qum, Mulej, u eħlisna, f’ġieħ it-tjieba tiegħek.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/