m’hemmx saħħa f’għadmi minħabba ħtijieti

 

L-uffiċċju tal-qari, illum il-Ġimgħa 5 ta’ Awwissu 2022.

Salm 37 (38)

(I) Talba ta’ midneb fil-periklu
Dawk kollha li kienu jafuh qagħdu jaraw kollox mill-bogħod. (Lq 23,49) 

Mulej, la ċċanfarnix fil-korla tiegħek, *
la twiddibnix fis-saħna tiegħek!
Għax il-vleġeġ tiegħek daħlu fija, *
u idek tagħfas fuqi. 

Xejn mhu sħiħ f’ġismi minħabba l-għadab tiegħek; *
m’hemmx saħħa f’għadmi minħabba ħtijieti.
Għax dnubieti telgħu ’l fuq minn rasi, *
bħal toqol kbir għalija jagħfsu fuqi. 

Glorja.

Ant. 1: Mulej, la twiddibnix fis-saħna tiegħek.

Ant. 2: Sidi, quddiemek hi x-xewqa kollha tiegħi.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/