Il-Messija sultan u qassis Jeħtieġ li hu jsaltan, sa ma jqiegħed l-għedewwa kollha taħt riġlejh. (1 Kor 15:25)
Il-kelma tal-Mulej lil Sidi: * “Oqgħod fuq il-lemin tiegħi, sa ma nqiegħed l-għedewwa tiegħek * mirfes taħt riġlejk.”
Ix-xettru tal-qawwa tiegħek jibgħat il-Mulej minn Sijon: * aħkem f’nofs l-għedewwa tiegħek. Tiegħek is-setgħa sa minn twelidek fuq l-għoljiet imqaddsa, * sa minn qabel is-sebħ bħan-nida jien nissiltek.
Ħalef il-Mulej, u ma jisgħobx bih: * “Inti qassis għal dejjem bħal Melkisedek!”
Sidi fuq il-leminija tiegħek, * jidrob is-slaten f’jum il-qilla tiegħu. Mill-wied jixrob fi triqtu, * għalhekk jerfa’ ’l fuq rasu.
Glorja.
Ant. 1: Il-Mulej qiegħed lil Sidi fuq il-lemin tiegħu, hallelujah.
Ant. 2: Il-Mulej ħanin waqqaf tifkira bl-għeġubijiet tiegħu, hallelujah.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/