Talb ta’ nofs il-jum, illum it-Tnejn 22 ta’ Awwissu 2022.
Salm 7
(II) It-tarka tiegħi hu Alla, * li jsalva ’l min hu qalbu safja. Alla hu mħallef ġust, * Alla li dejjem jitħallas mill-ħażen.
Tassew li l-għadu jiġi u jsinn is-sejf, * l-ark jissikka u jimmirah. Diġà ħejja l-armi tal-mewt, * il-vleġeġ għamilhom għodda mikwija. Arah, il-għadu jnissel il-ħażen, * jitqal bil-qerq u jiled il-gideb. Fetaħ bir u ħaffru sewwa; * iżda jaqa’ fil-ħofra li għamel hu. Fuq rasu taqa’ l-ħsara li għamel; * fuqu tinżel id-dnewwa tiegħu.
Inrodd ħajr lill-Mulej għall-ġustizzja tiegħu; * ngħanni isem il-Mulej, isem l-Għoli.
Glorja.
Ant. 3: Alla mħallef ġust u qawwi, li jsalva ’l min hu qalbu safja.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/