Talb ta’ nofs il-jum, illum it-Tlieta 1 ta’ Novembru 2022.
Salm 123 (124)
Il-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej Il-Mulej qal lil Pawlu: “La tibżax … għax jiena miegħek”. (Atti 18:9-10)
Li ma kienx il-Mulej magħna * – ħa jgħid hekk Iżrael –li ma kienx il-Mulej magħna, * meta qamu għalina n-nies, ħajjin kienu jibilgħuna, * meta nxtegħlu bl-għadab għalina.
L-ilma kien jgħarraqna, * il-wied kien jgħaddi minn fuqna; minn fuqna kien jgħaddi * mewġ tal-ilma qawwi.
Imbierek il-Mulej, * li ma telaqniex priża għal snienhom. Ħajjitna bħal għasfur ħelset mix-xbiek tan-nassaba. * Ix-xibka tqattgħet, u aħna ħrabna.
L-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej, * li għamel is-sema u l-art.
Glorja.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/