Jagħraf il-Mulej il-ħsibijiet tal-bniedem

 


Talb ta’ nofs il-jum, illum l-Erbgħa 9 ta’ Novembru 2022
Salm 93 (94)

(I)
Il-Mulej jitħallas għall-ġusti
Il-Mulej jaf jitħallas ta’ dan kollu. Alla ma sejħilniex biex ngħixu fiż-żina, imma fil-qdusija. (1 Tes 4:6-7) 

Mulej, Alla li taf titħallas, *
Alla li taf titħallas, tfaċċa!
Qum, imħallef tad-dinja, *
roddilhom li ħaqqhom lill-kburin.
Kemm se jdumu l-ħżiena, Mulej, *
kemm se jdumu l-ħżiena jifirħu?
Kliem kburi joħroġ minn fommhom; *
kull min jagħmel il-ħażen jiftaħar. 

Huma jkasbru, Mulej, lill-poplu tiegħek, *
u jgħakksu lill-poplu ta’ wirtek.
Joqtlu l-armla u l-barrani, *
u l-mewt jagħtu lill-iltiema;
u jgħidu: “Ma jarax il-Mulej; *
ma jintebaħx Alla ta’ Ġakobb.” 

Ifhmuha, intom nies boloh fost il-poplu! *
Nies bla moħħ, meta se tintebħu?
Forsi min għamel il-widnejn ma jismax? *
Jew min sawwar l-għajnejn ma jarax?
Taħsbu li min iwiddeb lill-ġnus ma jrażżanx? *
Jew m’għandux għerf min jgħallem lill-bniedem?
Jagħraf il-Mulej il-ħsibijiet tal-bniedem, *
u jaf li mhumiex ħlief frugħa. 

Glorja.

Ant. 2: Il-Mulej jaf li frugħa huma l-ħsibijiet tal-bniedem.

Ant. 3: Il-Mulej hu fortizza għalija, u l-blata tal-kenn tiegħi.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/