
Dawl fid-dlam ifeġġ għat-tajbin
L-għasar, illum il-Ħadd 18 ta’ Diċembru 2022.
Salm 111 (112)
Il-hena tal-ġustImxu ta’ wlied id-dawlli intom.
Frott id-dawl jinsab f’kulma hu tjieba, f’kulma hu ġustizzja, f’kulma hu sewwa. (Ef 5:8-9)
Hieni l-bniedem li jibża’ mill-Mulej, *
li jitgħaxxaq ħafna bil-kmandamenti tiegħu!
Kbar fuq l-art ikunu wliedu; *
nisel it-tajbin ikun imbierek.
Ġid u għana jkunu f’daru; *
għal dejjem tibqa’ l-ġustizzja tiegħu.
Dawl fid-dlam ifeġġ għat-tajbin; *
twajjeb u ħanin hu l-bniedem sewwa.
Tajjeb il-bniedem li jħenn u jislef, *
li jmexxi ħwejġu bir-reqqa.
Għax il-bniedem ġust qatt ma jitfixkel; *
għal dejjem tibqa’ t-tifkira tiegħu.
Xejn ma jibża’ minn aħbar ħażina; *
qalbu qawwija bit-tama fil-Mulej.
Qalbu qawwija, m’għandux m’niex jibża’, *
sa ma jara mxejjen l-għadu tiegħu.
Iqassam u jagħti lill-foqra; †
għal dejjem tibqa’ l-ġustizzja tiegħu; *
rasu merfugħa bil-ġieħ.
Jarah il-ħażin u jinkedd, †
jheżheż snienu u jtertaq qalbu. *
Imma x-xewqa tal-ħżiena tibqa’ bla temma.
Glorja.
Ant. 2: Kull art imħattba ssir wita, kull art imħarbta maqgħad. Ejja, Mulej, la tiddawwarx, hallelujah.
Ant. 3: Kbira tkun saltnatu, u s-sliem bla qjies, hallelujah.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/