L-uffiċċju tal-qari, illum it-Tlieta 20 ta’ Diċembru 2022.
Salm 101 (102)
(III) Neħħieli saħħti f’nofs it-triq, * qassarli ż-żmien ta’ ħajti.Jien ngħidlu: † “Alla tiegħi, la teħodnix f’nofs ħajti, * la darba żmienek idum għal dejjem. L-art int waqqaftha sa mill-bidu; * għemil idejk huma s-smewwiet.
Huma jgħaddu, imma int tibqa’; † bħal libsa huma lkoll jiqdiemu, * tbiddilhom bħal libsa u jintemmu. Imma int li int tibqa’; * bla tmiem huma s-snin tiegħek. Ulied il-qaddejja tiegħek ikollhom darhom; * nisilhom jibqa’ għal dejjem quddiemek.”
Glorja.
Ant. 3: L-art int waqqaftha, Mulej; għemil idejk huma s-smewwiet.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/