Talb ta’ nofs il-jum, illum l-Ħamis 22 ta’ Diċembru 2022.
Salm 118 (119):153-160
XX (Rex)
Ħares lejn in-niket tiegħi, * u eħlisni, għax jien ma nsejtx il-liġi tiegħek. Iddefendi l-kawża tiegħi, u ifdini; * agħtini l-ħajja skond il-wegħda tiegħek.
‘Il bogħod mill-ħżiena s-salvazzjoni, * għax ma jfittxux il-kmandamenti tiegħek. Kbira l-ħniena tiegħek, Mulej; * agħtini l-ħajja skond id-digrieti tiegħek.
Ħafna li jagħmlu għalija u jħabbtuni; * imma jien ma nitbigħedx mill-preċetti tiegħek. Nara ’l dawk li ħallewk u nistkerrahhom, * għax ma jħarsux il-kelma tiegħek.
Ara, kif inħobb il-preċetti tiegħek, Mulej; * agħtini l-ħajja skond it-tjieba tiegħek. Is-sewwa tiegħek il-qofol ta’ kelmtek; * għal dejjem id-digrieti tal-ġustizzja tiegħek.
Glorja.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/