idum ismu sakemm iddum ix-xemx!

 

L-uffiċċju tal-qari, illum il-Ħamis 29 ta’ Diċembru 2022.

Salm 71 (72)

(II) Għax hu jeħles lill-fqir li jsejjaħlu, *
u lill-imsejken li m’għandux min jgħinu.
Iħenn għad-dgħajjef u għall-fqajjar; *
il-ħajja tal-fqajrin isalva.
Jeħlishom mill-qerq u mill-moħqrija; *
demmhom għażiż quddiem għajnejh. 

Ħa jgħix is-sultan għal dejjem, *
jingħata lilu deheb ta’ Xeba!
Ħa jitolbu għalih dejjem, *
u jberkuh il-jum kollu!
Ikun kotran il-qamħ fuq l-art, *
jogħla sal-qċaċet tal-għoljiet.
Ikun il-frott tiegħu bħal-Libanu, *
iħaddru l-uċuħ bħall-ħaxix tar-raba’. 

Ismu jibqa’ jissemma għal dejjem; *
idum ismu sakemm iddum ix-xemx!
Bih jitbierku l-ġnus kollha tal-art; *
il-popli kollha jsejħulu hieni. 

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *
li waħdu jagħmel ħwejjeġ tal-għaġeb.
Imbierek għal dejjem l-isem imsebbaħ tiegħu; *
timtela l-art kollha bis-sebħ tiegħu!
Amen! Amen! 

Glorja.

Ant. 3: Il-Mulej isalva l-ħajja tal-fqajrin.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/