Il-Mulej mis-sema jittawwal fuq il-bnedmin

 


Talb ta’ nofs il-jum, illum it-Tlieta 10 ta’ Jannar 2023.

Salm 13 (14)

Bluha tal-ħżiena
Fejn kotor id-dnub, kotrot fuq li kotrot il-grazzja. (Rum 5:20) 

Jgħid l-iblah f’qalbu: “M’hemmx Alla!” *
Tħassru l-bnedmin,
għamlu ħwejjeġ ta’ min jistmellhom; *
m’hemm ħadd li jagħmel is-sewwa.
Il-Mulej mis-sema jittawwal fuq il-bnedmin, *
biex jara jekk hemmx min hu għaqli,
min ifittex lil Alla. 

Ilkoll intilfu, ilkoll flimkien tħażżnu; *
ħadd ma jagħmel is-sewwa, anqas biss wieħed.
Ma jintebħux dawk kollha li jagħmlu l-ħażen, *
dawk li qatt ma jsejħu l-Mulej?
Li jaħtfu l-poplu tiegħi, *
kif wieħed jaħtaf il-ħobż? 

Biża’ kbir waqa’ fuqhom, *
għax Alla hu ma’ nisel il-ġust.
Intom tidħku bil-ħsieb tal-imsejken; *
imma l-Mulej hu l-kenn tiegħu.
Min iġib minn Sijon il-ħelsien ta’ Iżrael? *
Meta jerġa’ jqajjem il-Mulej il-poplu tiegħu,
jifraħ Ġakobb, jithenna Iżrael. 

Glorja.

Ant. 3: Alla ħalla ’l kulħadd fid-dnub, biex jagħmel ħniena ma’ kulħadd.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/