ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek

 


Tifħir ta’ sbiħ il-jum, illum it-Tnejn 9 ta’ Jannar 2022.

Salm 62 (63):2-9

Ir-ruħ għatxana għal Alla
Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad egħmejjel il-lejl. Alla, Alla tiegħi int; *
lilek ħerqan infittex.
Ruħi bilgħatx għalik, †
għalik imxennaq jiena, *
bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.
Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *
biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.
Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *
xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek. 

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *
ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.
Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *
u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,
meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *
u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.
Għax int kont għajnuna għalija, *
għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.
Miegħek tingħaqad ruħi, *
int tweżinni bil-leminija tiegħek. 

Glorja.

Ant. 1: Is-suldat jgħammed lis-Sultan, l-ilsir lis-Sid, Ġwanni lis-Salvatur; l-ilma tal-Ġordan stagħġeb, il-ħamiema xehdet, u leħen il-Missier instema’: Dan hu Ibni.

Ant. 2: Kristu wera l-glorja tiegħu lid-dinja u qaddes l-għejun tal-ilma. Imlew l-ilma mill-għejun tas-salvazzjoni; għax Kristu, Alla tagħna, qaddes il-ħolqien.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/