Talba ta’ nofs il-jum, illum is-Sibt 4 ta’ Marzu 2023.
Salm 118 (119):33-40
V (He) Għallimni, Mulej, it-triq tal-kmandamenti tiegħek; * jiena rrid nibqa’ fiha sal-aħħar. Fehemni biex inħares il-liġi tiegħek * u nagħmilha b’qalbi kollha.
Mexxini mill-mogħdija tal-kmandamenti tiegħek, * għax fiha nsib l-għaxqa tiegħi. Iġbidli qalbi lejn il-preċetti tiegħek, * u mhux lejn ir-regħba.
Tħallix lill-għajnejja jħarsu lejn il-frugħa; * agħtini l-ħajja bil-kelma tiegħek. Żomm il-wegħda li għamilt mal-qaddej tiegħek, * li int għamilt ma’ dawk li jibżgħu minnek.
Warrab minni l-għajb li nibża’ minnu, * għax tajbin huma d-digrieti tiegħek. Ara kif jiena mxennaq għall-preċetti tiegħek; * fil-ġustizzja tiegħek agħtini l-ħajja.
Glorja.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/