iwassluni sa l-għolja mqaddsa tiegħek

 

Tifħir ta’ sbiħ il-jum, illum it-Tlieta 4 ta’ April 2023.

Salm 42 (43)

Ix-xewqa għat-tempju
Jien ġejt dawl fid-dinja. (Ġw 12:46) 

Agħmel ħaqq miegħi int, Mulej, †
u min-nies bla tjieba ddefendi l-kawża tiegħi; *
min-nies qarrieqa u ħżiena eħlisni.
Inti l-kenn tiegħi, o Alla; għaliex warrabtni? *
Għax għandi ngħix imdejjaq
taħt it-tagħkis tal-għadu? 

Ibgħat id-dawl tiegħek u s-sewwa tiegħek; †
huma jmexxuni; *
iwassluni sa l-għolja mqaddsa tiegħek
u sa l-għerejjex tiegħek.
U nidħol ħdejn l-altar ta’ Alla, *
ħdejn Alla, ferħ u hena tiegħi.
U nroddlok ħajr biċ-ċetra, *
Mulej, Alla tiegħi. 

Għaliex tintelaq, ruħ tiegħi, *
u titħawwad ġewwa fija?
Ittama f’Alla, għax jien nibqa’ nfaħħru; *
hu l-għajnuna tiegħi u Alla tiegħi! 

Glorja.

Ant. 1: Iddefendi l-kawża tiegħi Mulej; eħlisni minn nies qarrieqa u ħżiena.

Ant. 2: Mulej, Sidi, int iddefendejt il-kawża tiegħi, int ħlistli ħajti, Alla tiegħi.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/