Talb ta’ nofs il-jum, illum l-Erbgħa 5 ta’ April 2023.
Salm 118 (119):57-64
VIII (Ħet)
Jien għedt, Mulej: “Dan hu sehmi, * li nħares il-kelma tiegħek.” Quddiemek nitlob b’qalbi kollha; * ħenn għalija skond il-wegħda tiegħek.
Jien qist sewwa l-mixi tiegħi, * u rġajt lura lejn il-preċetti tiegħek. Ngħaġġel u ma nitnikkirx, * biex inħares il-kmandamenti tiegħek.
Il-ħbula tal-ħżiena dawramejt għalquni, * imma jien ma nsejtx il-liġi tiegħek. F’nofs il-lejl inqum infaħħrek * minħabba d-digrieti ġusti tiegħek.
Nissieħeb ma’ kull min għandu l-biża’ tiegħek, * ma’ dawk li jħarsu l-preċetti tiegħek. Mimlija, Mulej, l-art bit-tjieba tiegħek; * għallimni l-kmandamenti tiegħek.
Glorja.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/