Kolletta tat-Trinità Qaddisa

27/05/21

 

Il-Kolletta hija talba tal-poplu miġbur, u ġabra tal-ħafna talb tal-ġemgħa.

Il-Kolletta tagħlaq ir-Rit tal-Bidu tal-quddiesa. Wara il-kelma “Nitolbu”, il-qassis jagħti pausa tà silenzju biex mill-qalb ta’ kull persuna joħorgu il-fehmiet u talb personali li bihom jkunu qed jieħdu sehem fil-quddies. Imbagħad, il-qassis ikompli jgħaqqad dan it-talb bit-talba tal-Kolletta.

Trinità Qaddisa

O Alla Missier, inti bgħatt fid-dinja l-Kelma tal-Verità u l-Ispirtu tal-Qdusija, u wrejtna l-misteru tiegħek tal-għaġeb; agħtina li nistqarru l-fidi vera billi nemmnu fit-Trinità Qaddisa, u naduraw Alla wieħed fis-setgħa u l-kobor tiegħu.  B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

(Kolletta tat-Trinità Qaddisa)