Talb ta’ nofs il-jum, illum il-Ħamis 11 ta’ Mejju 2023.
Salm 118 (119):17-24
III (Gimel)
Kun twajjeb mal-qaddej tiegħek, * agħtini li ngħix u nħares il-kmandamenti tiegħek, Iftaħli għajnejja, * biex nara l-għeġubijiet tal-liġi tiegħek.
Barrani jien fuq l-art; * taħbix minni l-kmandamenti tiegħek. Tinfena qalbi l-ħin kollu * bix-xewqa tad-digrieti tiegħek.
Il-kburin inti ċċanfarhom; * misħut min jitbiegħed mill-kmandamenti tiegħek, Neħħi minn fuqi t-tagħjir u t-tkasbir tagħhom, * għax jiena nħares il-preċetti tiegħek.
Imqar jekk il-kbarat joqogħdu jqassu fuqi, * fuq il-kmandamenti tiegħek jibqa’ jaħseb il-qaddej tiegħek. Il-preċetti tiegħek huma l-għaxqa tiegħi, * huma jagħtuni l-parir tajjeb.
Glorja.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/