Il-kelma tal-Mulej lil Sidi

 

L-għasar, illum il-Ħadd 28 ta’ Mejju 2023.

Salm 109 (110):1-5,7

Il-Messija sultan u qassis
Jeħtieġ li hu jsaltan, sa ma jqiegħed l-għedewwa kollha taħt riġlejh. (1 Kor 15:25) 

Il-kelma tal-Mulej lil Sidi: *
“Oqgħod fuq il-lemin tiegħi,
sa ma nqiegħed l-għedewwa tiegħek *
mirfes taħt riġlejk.” 

Ix-xettru tal-qawwa tiegħek
jibgħat il-Mulej minn Sijon: *
aħkem f’nofs l-għedewwa tiegħek.
Tiegħek is-setgħa sa minn twelidek
fuq l-għoljiet imqaddsa, *
sa minn qabel is-sebħ bħan-nida jien nissiltek. 

Ħalef il-Mulej, u ma jisgħobx bih: *
“Inti qassis għal dejjem bħal Melkisedek!” 

Sidi fuq il-leminija tiegħek, *
jidrob is-slaten f’jum il-qilla tiegħu.
Mill-wied jixrob fi triqtu, *
għalhekk jerfa’ ’l fuq rasu. 

Glorja.

Ant. 1: Bl-Ispirtu tal-Mulej imtliet l-art, hallelujah.

Ant. 2: Wettaq, o Alla, dik il-qawwa li ħaddimt għalina, mit-tempju mqaddes tiegħek, li hu f’Ġerusalemm, hallelujah.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/