
la tħallinix għal kollox!
Talb ta’ nofs il-jum, illum it-Tlieta 4 ta’ Lulju 2023.
Salm 118 (119):1-8
(I – Alef) Ħsibijiet fuq il-kelma tal-Mulej fil-liġi
Din hija l-imħabba ta’ Alla, li nżommu l-kmandamenti tiegħu. (1 Ġw 5:3)
Henjin dawk li triqthom bla ħtija, *
li jimxu fil-liġi tal-Mulej.
Henjin dawk li jħarsu l-preċetti tiegħu, *
u li jfittxuh b’qalbhom kollha.
Huma ma jagħmlux ħażen, *
imma jimxu fit-triqat tal-Mulej.
Int tajt il-preċetti tiegħek, *
biex inħarsuhom bir-reqqa.
Ħa jżomm sħiħ il-mixi tiegħi *
fil-ħarsien tal-kmandamenti tiegħek!
Imbagħad ma jkollix għax nistħi, *
la naħseb fuq il-kmandamenti tiegħek kollha.
Imbagħad infaħħrek b’qalb safja, *
meta nitgħallem id-digrieti ġusti tiegħek.
Irrid inħares il-kmandamenti tiegħek; *
la tħallinix għal kollox!
Glorja.
Ant. 1: Henjin dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej.
Ant. 2: Tifraħ qalbi għall-għajnuna tiegħek.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/