Hu jsejjaħ is-smewwiet mill-għoli

 

L-uffiċċju tal-qari, illum it-Tnejn 17 ta’ Lulju 2023.

Salm 49 (50)

(I)
It-tjieba skond il-Mulej
Jien ma ġejtx biex inwaqqa’ l-Liġi, imma biex inwassalha għall-perfezzjoni. (Mt 5:17) 

Tkellem il-Mulej, Alla fuq l-allat, *
u sejjaħ l-art.
Minn fejn titla’ x-xemx sa fejn tinżel, *
minn Sijon, il-ġmiel tagħha, Alla wera d-dija tiegħu.
Ġej Alla tagħna, ma jibqax sieket; *
quddiemu nar li jeqred, madwaru tempesta qalila. 

Hu jsejjaħ is-smewwiet mill-għoli, *
u l-art, biex jagħmel ħaqq mill-poplu tiegħu:
“Iġimgħu ’l ħbiebi quddiemi, *
li għamlu patt miegħi bis-sagrifiċċju.”
U jħabbru s-smewwiet il-ġustizzja tiegħu, *
għaliex Alla nnifsu jagħmel il-ħaqq. 

Glorja.

Ant. 1: Alla tagħna ġej bid-dieher, u ma jibqax sieket.

Ant. 2: Agħti ’l Alla sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/