Talb ta’ nofs il-jum, illum il-Ġimgħa 17 ta’ Novembru 2023.
Salm 132 (133)
Il-hena tal-aħwa magħqudin qalb waħda Ejjew inħobbu ’l xulxin, għax l-imħabba ġejja minn Alla. (1 Ġw 4,7).
Kemm hi ħaġa sabiħa u ħelwa, * li l-aħwa jgħammru flimkien! Bħal żejt mill-aħjar imsawwab fuq ir-ras, * li jinżel mal-leħja ta’ Aron; li jinżel mal-leħja tiegħu * sa fuq il-għonq ta’ ħwejġu. Hu bħan-nida tal-Ħermon, * li tinżel fuq l-għoljiet ta’ Sijon; għax hemm il-Mulej jagħti l-barka, * hemm jagħti l-ħajja għal dejjem.
Glorja.
Ant. 2: Il-ġemgħa kbira ta’ dawk li emmnu kienu ruħ waħda u qalb waħda.
Ant. 3: Żommni minn idejn il-ħżiena, Mulej, fortizza tas-salvazzjoni tiegħi.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/