
fuq l-għoljiet imqaddsa
L-għasar, illum il-Ħadd 19 ta’ Novembru 2023.
Salm 109 (110):1-5,7
Il-Messija sultan u qassis
Jeħtieġ li hu jsaltan, sa ma jqiegħed l-għedewwa kollha taħt riġlejh. (1 Kor 15:25)
Il-kelma tal-Mulej lil Sidi: *
“Oqgħod fuq il-lemin tiegħi,
sa ma nqiegħed l-għedewwa tiegħek *
mirfes taħt riġlejk.”
Ix-xettru tal-qawwa tiegħek
jibgħat il-Mulej minn Sijon: *
aħkem f’nofs l-għedewwa tiegħek.
Tiegħek is-setgħa sa minn twelidek
fuq l-għoljiet imqaddsa, *
sa minn qabel is-sebħ bħan-nida jien nissiltek.
Ħalef il-Mulej, u ma jisgħobx bih: *
“Inti qassis għal dejjem bħal Melkisedek!”
Sidi fuq il-leminija tiegħek, *
jidrob is-slaten f’jum il-qilla tiegħu.
Mill-wied jixrob fi triqtu, *
għalhekk jerfa’ ’l fuq rasu.
Glorja.
Ant. 1: Ix-xettru tal-qawwa tiegħu jibgħat il-Mulej minn Sijon, u jsaltan għal dejjem, hallelujah.
Ant. 2: Titriegħed l-art quddiem is-Sid tagħha, hallelujah.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/