Talb ta’ nofs il-jum, illum il-Ħadd 24 ta’ Diċembru 2023.
Salm 75 (76)
(I)
Radd il-ħajr wara r-rebħaJaraw lil Bin il-bniedem ġej fis-sħab tas-sema. (Mt 24:30) Magħruf hu Alla f’Ġuda, * kbir hu ismu f’Iżrael. F’Salem hemm l-għarix tiegħu, * u l-għamara tiegħu f’Sijon. Hemm hu kisser il-vleġeġ tal-ark, * it-tarka, is-sejf u l-armi tal-gwerra.
Int kollok dija u glorja, * aktar mill-aqwa muntanji. L-irġiel ta’ qalbhom qawwija * tilfu l-priża tagħhom: il-gwerriera qalbiena waqgħu f’raqda, * idejhom tmewtulhom. Għall-għajta tiegħek, Alla ta’ Ġakobb, * f’telfa jaqgħu r-rikkieba u ż-żwiemel.
Glorja.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/