
Żommni skond il-wegħda tiegħek, biex nibqa’ ħaj
Scroll down for the English version.
Talb ta’ nofs il-jum, il-Ħamis 25 ta’ Jannar 2024
Salm 118 (119):113-120
XV (Samek) In-nies ta’ żewġt iqlub nobgħodhom; *
imma l-liġi tiegħek inħobbha.
Inti l-kenn u t-tarka tiegħi; *
fil-kelma tiegħek jien nittama.
Tbiegħdu minni, intom nies ħżiena, *
biex inħares il-kmandamenti ta’ Alla tiegħi.
Żommni skond il-wegħda tiegħek, biex nibqa’ ħaj; *
tħallix bla temma t-tama tiegħi.
Għinni int, u jiena nsalva; *
u ħsiebi jkun dejjem fil-kmandamenti tiegħek.
Int tistmell ’il kull min jitbiegħed
mill-kmandamenti tiegħek, *
għax qarrieqa l-fehma tagħhom.
Bħal skart għalik il-ħżiena tal-art; *
għalhekk inħobb il-preċetti tiegħek.
Jitkexkex ġismi bil-biża’ tiegħek; *
mid-digrieti tiegħek nibża’.
Glorja.
Ant. 1: Sawl, ħija, il-Mulej Ġesù, li deherlek fit-triq, bagħatni biex int terġa’ tieħu d-dawl u timtela bl-Ispirtu s-Santu.
Ant. 2: Huwa u sejjer Sawl, kif kien qrib Damasku, f’daqqa waħda għall-ħabta ta’ nofsinhar dawl kbir mis-sema idda madwaru.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/
In English
Daytime Prayer, Thursday 25 of January 2024.
Psalm 119:105-112
XIV (Nun)
A meditation on God’s law
This is my commandment: that you should love one another (John 15:12).
Your word is a lamp for my steps *
and a light for my path.
I have sworn and have made up my mind *
to obey your decrees.
Lord, I am deeply afflicted: *
by your word give me life.
Accept, Lord, the homage of my lips *
and teach me your decrees.
Though I carry my life in my hands, *
I remember your law.
Though the wicked try to ensnare me, *
I do not stray from your precepts.
Your will is my heritage for ever, *
the joy of my heart.
I set myself to carry out your statutes *
in fullness, for ever.
Glory to the Father, and to the Son, *
and to the Holy Spirit:
as it was in the beginning, is now, *
and will be for ever. Amen.
Read the full psalm on http://www.ibreviary.com/m2/breviario.php?s=ora_media



