Itlob Permezz tas-Salmi

Kemm hi ħelwa l-wegħda tiegħek!

 

Talb ta’ nofs il-jum, it-Tlieta 19 ta’ Mejju 2026

Salm 118 (119):97-104

XIII (Mem) 
Kemm inħobbha l-liġi tiegħek! *
Il-jum kollu ħsiebi fiha.
Il-kmandament tiegħek għal dejjem miegħi, *
jagħmilni egħref mill-għedewwa tiegħi. 

Jien nifhem aktar mill-imgħallmin tiegħi kollha, *
għax ħsiebi fil-kmandamenti tiegħek.
Aktar mix-xjuħ jien bil-għaqal, *
għax inħares il-preċetti tiegħek. 

Minn kull triq ħażina nwarrab riġlejja, *
biex inħares il-kelma tiegħek.
Mid-digrieti tiegħek qatt ma nitbiegħed, *
għax int kont li għallimthomli. 

Kemm hi ħelwa l-wegħda tiegħek! *
Oħla mill-għasel għal fommi.
Jien ksibt id-dehen bil-preċetti tiegħek; *
għalhekk nobgħod kull triq qarrieqa. 

Glorja.