Bil-qawwa ta’ mħabbtek

Nersaq lejk Mulej
Biddel din il-qalb mill-ġdid
Il-grazzja qiegħda tfur minn ġo fik Ġesù
Jien intbaħt Mulej,
In-nuqqas li nsib fl-għemil
Jitħassar minnufih,
Bil-qawwa ta’ mħabbtek.

Rit:
Żommni qrib
Għannaqni Int bi mħabbtek
Ressaqni lejk, ħa nkun dejjem ħdejk
Bit-tama fik
Jien nogħla ’l fuq bħall-ajkla
Nogħlew it-tnejn flimkien,
Fl-ispirtu Int u jien
Bil-qawwa ta’ mħabbtek.

Dawwal dawn l-għajnejn,
B’hekk narak jien wiċċ imb wiċċ
Għarrafli mħabbtek waqt li int fija tgħix
Ġedded dan il-moħħ,
Biex nagħmel dak li Inti trid
Ħa ngħix jum wara jum,
Fil-qawwa ta’ mħabbtek. Rit:


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Tqarbin


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika