Bla mħabba…għalxejn

F’liema ħemda ssib il-kwiet?
F’liema ġonna hemm das-skiet?
F’liema ħajja tilmaħ it-triq qalb it-tifrik?
F’liema qalb tħoss il-mistrieħ?
F’liema faraġ, it-tamiet?
F’liema mogħdija ssib raġġ ta’ dawl li juri t-triq?

Rit:
Agħtini qalb kbira daqs tiegħek
Għajnejn jaraw il-ħarsa tiegħek
X’jiswa mingħajrek jekk
Bla mħabba għalxejn?
Agħtini qalb kbira daqs tiegħek
Għajnejn jaraw il-ħarsa tiegħek
Tini kuraġġ
Għax għalkemm ċkejken
Nista’ nħobb.

Kif nista’ ngħix bla sempliċità?
Xi tridni ngħid bla sinċerità?
Kif nista’ nikteb bla integrità?
Kif nista’ nitlob bla verità?

Bla mħabba għalxejn
Bla mħabba għalxejn
X’jiswa mingħajrek jekk
Bla mħabba għalxejn? Rit:


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika