Dawl fuq Betlem

Għaliex dan id-dawl kollu
Fuq Betlem f’dan il-ħin?
Għaliex kulħadd jistaqsi
Fejn twieled il-Bambin?

Rit:
Għaliex, għax dan it-tfajjel
Huwa l-iben Divin
T’Alla li jista’ kollox
Għalkemm ċkejken bambin.

Għaliex resqin is-slaten
Mill-ibgħad artijiet?
Għaliex dal-kant tal-anġli
Fil-għoli tas-smewwiet? Rit:

Għaliex ġejjin ir-rgħajja?
X’qalagħhom f’dan il-ħin?
Għaliex ħallew l-imrieħel?
Kemm huma imgħaġġlin? Rit:

Għaliex il-bnedmin kollha
Il-ħżiena u t-tajbin jitqanqlu kif jisimgħu
Fejn twieled il-Bambin? Rit:


Żminijiet: Milied 

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Ma jeżistux riżorsi għal din il-parti tal-mużika