Dielja għażiża

Ħobż it-tbatija tatna Eva
Eva ġdida. Ommna Marija
Lil Ġesù Ħobż ħaj tagħtina
Bih il-Knisja llum tmantnina.

Rit:
Għinna nilqgħu
O Marija
Dan il-Ħobż hekk qaddis
Sabiex miegħek aħna nfaħħru
Lill-Qaddis tal-qaddisin.

O Marija, għalqa għammiela
F’ġufek nibet qamħ Divin
Ġisem Kristu mogħti lilna
Illi jżommna mal-ħajjin. Rit:

Inti Dielja hekk għażiża
Minnek ħadna għeneb bnin.
F’demm ta’ Kristu llum jinbidel
Biex jagħmilna lkoll henjin. Rit:

Ma’ Marija hawn miġbura
Ħajr inroddu lill-Mulej
B’ġismu u b’kelmtu lilna jżommna
Jibqa’ magħna għal li ġej. Rit:


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika