Ejjew O nsara

Ejjew o Nsara
Inħaffu ferħana
Ħalli mmorru ġo Betlem flimkien
Naraw tarbija
Ir-Re tal-anġli

Ejjew ilkoll inqimu x3
Lill-Mulej.

Għas-sejħa tal-anġli
Ir-rgħajja dlonk telqu
Ħa jżuru l-maxtura fejn twieled Ġesù.
U bl-akbar ħeġġa
Immorru magħhom

Ejjew ilkoll inqimu x3
Lill-Mulej.

Naraw l-Iben t’Alla
Il-kobor bla temma
Fil-ġisem hekk ħlejju
Taċ-ċkejken Bambin
Alla tarbija, ġewwa l-fisqija

Ejjew ilkoll inqimu x3
Lill-Mulej.


Żminijiet: Milied 

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika