Ejjew tfal ngħollu leħenna

Ejjew tfal ngħollu leħenna
Quddiem dat-tfajjel ħelu tal-ġenna
Dan li fis-sema minn dejjem kien
Ejjew immela nkantaw flimkien.

Rit:
Ġesù ħelu Bambin ċkejken tiegħi
Ejja f’qalbi u għammar miegħi
Jiena noqgħod miegħek irrid
Ja Bambin ħelu tiegħi s-Sid
Ja Bambin ħelu tiegħi s-Sid.

Il-qalb tiegħi qed tfur bl-imħabba
Għax qiegħda tħoss lil dak illi ħabbha
Arawh fin-nieqa ejjew ittawlulu
U lkoll flimkien nerġgħu ngħajtulu. Rit:

X’tajtek jien biex inti għalija
Inżilt f’dal-bard ċkejken tarbija
Araw xi mħabba ejjew ħa taraw
U lkoll flimkien nerġgħu inkantaw. Rit:


Żminijiet: Milied 

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Ma jeżistux riżorsi għal din il-parti tal-mużika