Flimkien Ġesù maħbub
Flimkien Ġesù maħbub,
Kull ġieħ u ħajr nagħtuk.
Kif Int ħabbejtna lkoll
Nixtiequ li nħobbuk.
Iftħilna l-bieb ta’ dik id-Dar
Fejn qiegħed waħdek lejl u nhar!
Rit:
Kull ġieħ u ħajr nagħtuk! x2
Ħallini ħdejk Ġesù,
Quddiemek mixħutin,
Int tħobb tarahom flimkien
Lil ħutek maħbubin.
Aħbina lkoll ġo dik il-Qalb
Biex tisma’ l-qlub li jgħidu t-talb. Rit:
Int l-hena, is-sliem, il-ferħ
Ta’ min jittama fik.
Int faraġ ta’ kull qalb
Li tħobb titgħaxxaq bik.
Mis-sema nżilt u fostna ġejt
Biex iħobbuk dawk li ħabbejt. Rit:
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Tqarbin