Għedtilna kelma
Għidtilna kelma, Ġesù, Bin Alla;
Aħna emminnieha, għax għidtha Int;
“Kulu, dan ġismi; dan demmi, ixorbu”’
U l-anġli stagħġbet kemm iċċekkint.
Rit:
Deh, wettaq Int, Marija,
Il-fehma fit-twemmin
Għax aħna rridu li Ġesù, Ibnek,
Isaltan dejjem fost il-Maltin.
Għax aħna rridu li Ġesù, Ibnek,
Isaltan dejjem fost il-Maltin.
It-tagħlim tiegħek tagħlim tas-Sema,
Le, Ġesù ħelu, qatt ma niċħduh;
Aħna nixtiequ li Malta tagħna
Tkun dejjem miegħek fil-qalb, fir-ruħ. Rit:
Kemm hu tas-saħħa dan il-Ħobż tiegħek!
Xi ħlewwa, x’benna minn tas-smewwiet.
Oh, kemm hu msejken min ta’ dan l-ikel
Ma jafx x’inhuma l-għeġubijiet. Rit:
Id-dinja mqarrqa tfittex il-hena
Fil-pjaċir żieni, morr, kemm battal;
Fik biss il-barka, Ġesù ħabibna,
Id-dar tal-Hena hemm fuq l-artal. Rit:
U meta tasal tal-mewt is-siegħa
Int ejja żurna, Ġesù ħanin,
Saffi r-ruħ tagħna mill-għajb tal-ħtija,
Roddna fis-saltna tal-Qaddisin. Rit:
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Tqarbin